Radio Marija

[

Il-Leħen Nisrani fid-Dar Tiegħek

]

Il-bidu ta’ Radju Marija Malta jmur lura sa mill-31 ta’Mejju 1995, meta dak iż-żmien kien jismu Radio 106 u kien jittrażmetti fuq frekwenza komunitarja. Fil-5 ta’ Meju 1998, Radio 106 ingħaqad ma’ Radio Maria World Family u bidel ismu għal Radju Marija Malta. L-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) ġiet iffurmata u minn dik il-ġurnata ’l hemm, Radju Marija Malta kompla jikber. Fil-fatt fis-17 ta’ Ġunju 2004, Radju Marija beda jittrażmetti fuq il-frekwenza 102.3 FM bl-liċenzja nazzjonali u għalhekk Radju Marija issa seta’ jilħaq lil Malta u Għawdex k... See more

Fgura FM|102.3
Gharghur FM|102.3
Rabat FM|102.3
+35621453105
40, Triq San Vincenz Ferreri, Rabat RBT 2503
last update
[2023-03-26 04:40:48]
Il-bidu ta’ Radju Marija Malta jmur lura sa mill-31 ta’Mejju 1995, meta dak iż-żmien kien jismu Radio 106 u kien jittrażmetti fuq frekwenza komunitarja. Fil-5 ta’ Meju 1998, Radio 106 ingħaqad ma’ Radio Maria World Family u bidel ismu għal Radju Marija Malta. L-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) ġiet iffurmata u minn dik il-ġurnata ’l hemm, Radju Marija Malta kompla jikber. Fil-fatt fis-17 ta’ Ġunju 2004, Radju Marija beda jittrażmetti fuq il-frekwenza 102.3 FM bl-liċenzja nazzjonali u għalhekk Radju Marija issa seta’ jilħaq lil Malta u Għawdex kollu.

Radju Marija Malta jifforma parti mill-World Family Radio Maria (WFRM), u fl-1998 kien il-ħames pajjiż li ngħaqad mal-World Family li fiha llum hemm ’il fuq minn 70 pajjiż differenti li jagħmlu parti mill-WFRM. L-għan huwa li nippromwovu l-messaġġ tal-Evanġelju ta’ ferħ u tama permezz tal-Kelma ta’ Alla u biex ngħinu nifhmu aktar it-twemmin u t-tagħlim Kristjan. Bħala parti minn WFRM , l-istazzjon iħaddan l-istess ideat bħall-istazzjonijiet l-oħra ta’ Radio Maria madwar id-dinja. Għalhekk il-motto tal-WFRM u kull stazzjon tar-radju huwa: ‘Leħen Nisrani fid-dar tiegħek.’

Radju Marija Malta huwa magħmul minn familja waħda kbira ta’ nies, li l-għan tagħhom kollha hu li jagħmlu l-aħjar għall-interess tal-istazzjon. Radju Marija huwa magħmul mill-Assoċjazzjoni Radju Marija, il-Bord li huwa magħmul minn 5 voluntiera li wieħed minnhom huwa l-President ta’ Radju Marija Malta, 6 ħaddiema li jieħdu ħsieb ix-xogħol ta’ 24 siegħa kuljum biex jiffunzjona l-istazzjon tar-radju, u ħafna voluntiera oħra li jikkontribwixxu l-ħin tagħhom f’xogħlijiet f’oqsma differenti.

Radju Marija ma jxandarx reklami u jiddependi biss mid-donazzjonijiet li jibagħtu s-semmiegħa u fuq kollox il-Providenza Divina. Mingħajr l-għajnuna u x-xogħol tal-voluntiera, Radju Marija ma jkunx jista’ jxandar. Huwa għalhekk li aħna nemmnu bis-sħiħ fil-proġett u l-missjoni tal-evanġelizzazjoni sabiex jaslu f’kull dar, biex b’hekk kollha kemm aħna nkomplu nkabbru l-imħabba lejn ommna Marija li żgur tfawwarna b’barkiet fuqna u fuq is-semmiegħa.
© LogFM.com, 2009-2024 (2024-04-04,23:12:39)